Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B
Illum il-Ħadd ser tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fil-Kappella ta’ Ħal Xluq. Ikun hemm quddiesa fis-7:00am u fis-7:15pm.
Nhar it-Tlieta jiġi fi tmiemu s-Summer Club għal din is-sena. Ser tkun qiegħda ssir ċelebrazzjoni fil-Museum tal-Bniet bejn il-5.00pm u t-8.00pm.
Il-Grupp Faith Alive flimkien maż-żgħażagħ li janimaw il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija ser jerġgħu jtellgħu l-attività msejħa Għall-Kwiet, nhar il-Ġimgħa bejn is-7.00pm u d-9.00pm fil-Knisja l-Qadima. Stedina għal ħin ta’ riflessjoni u adorazzjoni akkumpanjat minn mużika live. Se jkun hemm ukoll saċerdoti (anke minn barra r-raħal) disposti għall-qrar.
Il-Kummissjoni Djakonija ġġedded l-istedina kemm lil dawk li jixtiequ jgħinu fil-proġett Wens li jipprovdi sapport lill-anzjani (iqattgħu ftit ħin magħhom), u kemm lill-anzjani li jixtiequ jirċievu dan is-sapport. Min jixtieq jieħu sehem, jista’ jgħaddi d-dettalji lil xi ħadd mis-saċerdoti fis-sagristija.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Michael Farrugia, Karmnu Cachia u Helen Muscat li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa. “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...”
top of page
Recent Posts
See AllIt-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena B) · Illum il-Ħadd iċ-ċimiterju jkun miftuħ mit-8.00am sal-4.00pm. Fit-3.00pm jingħad...
Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B · Imiss li ssir laqgħa oħra tal-grupp Mothers’ Prayers, nhar it-Tlieta...
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena - Sena B · Is-Superjur tal-MUSEUM tas-Subien javża li t-tfal minn Year 2 sa Year 5...
bottom of page
Comments