Il-Ħames Ħadd tal-Għid – (Sena B)
· Infakkru li tul dan ix-xahar iddedikat lil Ommna Marija, ir-Rużarju qed jiġi animat fil-Knisja Parrokkjali mit-Tnejn sas-Sibt immedjatament wara l-quddiesa tas-7.00am (min-Nisa tal-Azzjoni Kattolika), u fis-6.00pm, qabel il-quddiesa tas-6.30pm. Inħeġġu biex tul dan ix-xahar nimpenjaw ruħna aktar mis-soltu biex nitolbu t-talba tar-Rużarju... jekk hu possibli ħaġa sabiħa li nitolbuha flimkien bħala familja.
· Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni Saċerdotali, aħna lkoll mistiedna biex nissieħbu f’Velja ta’ Talb li ser issir nhar il-Ħamis, fis-7.30pm, fil-knisja tal-Kapuċċini, il-Kalkara. Din ser tkun qed tixxandar ukoll fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola, Siġġiewi.
· Nhar is-Sibt ser issir l-Ordinazzjoni Saċerdotali tad-Djaknu Fr Jean Claude u ta’ tlieta oħra minn sħabu. L-ordinazzjoni ser titmexxa minn Mons. Arċisqof Charles Scicluna u ser issir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fid-9.30am. Din iċ-ċelebrazzjoni ser tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq TVM2.
· Fr Jean Claude se jkun qed jiċċelebra l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fil-Parroċċa tagħna l-Ħadd fid-9.30am.
· Il-Ħadd se ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija waqt quddiesa fl-4.00pm.
· Fil-weekend li ġej, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, iċ-ċimiterju ser ikun miftuħ is-Sibt bejn it-8.00am u t-3.00pm u l-Ħadd jiftaħ bejn it-8.00am u l-4.00pm.
· Fuq il-paġna tal-Facebook Parroċċa San Nikola Siġġiewi, nistgħu naqraw b’mod online il-magażin FLIMKIEN għax-xahar ta’ Mejju.
Comentaris